Aktar minn żewġ miljun student jafdaw f’plagiarismchecker.net biex f’xogħolhom ma jkunx hemm plaġjariżmu”.

Universitajiet u isiituzzjonijiet edukattivi huma stretti ħafna fuq il-plaġjariżmu, u jekk iddaħħal kliem ħaddieħor fil-kitba tiegħek mingħajr ma tgħid minn fejn ħadthom taf issib ruħek imkeċċi mill-kors tiegħek jew, agħar minn hekk, titkeċċa mill-università tiegħek.

plagiarismchecker.net hu ċekkjatur tal-plaġjariżmu li tista’ tuża b’xejn u jħallik tiċċekkja b’mod faċli l-komponimenti, teżijiet u xogħol tal-kors tiegħek ma’ miljuni ta’ paġni ta’ websajts fuq l-internet, rivisti, kotba elettroniċi u xogħolijiet li nkitbu minn studenti oħrajn.

plagiarismchecker.net jiċċekkja:

  • 14-il biljun+ paġna fuq l-internet
  • 2 miljun+ dokumenti ta’ studenti
  • Eluf ta’ pubblikazzjonijiet mill-aqwa, inklużi testi ta’ studju pubblikati, databases ta’ rivisti, kotba elettroniċi, ġurnali u magazins

plagiarismchecker.net hu sigur, jagħtik sigurtà u jgawdi l-fiduċja ta’ miljuni ta’ studenti, għalliema u istituzzjonijiet madwar id-dinja kollha. U l-aktar importanti, plagiarismchecker.net hu b’xejn.

Biex tuża plagiarismchecker.net, sempliċement niżżel is-softwer u rreġistra f’kont b’xejn (jeħodlok biss ftit sekondi).  Mbagħad żid id-dokument tiegħek ma’ plagiarismchecker.net u kklikkja biex tiskannja. Daqshekk hu faċli!

Niżżel plagiarismchecker.net issa >

 

(?) Kif jaħdem il-programm tiegħek li jikxef il-plaġjariżmu?

plagiarismchecker.net hu biċċa softwer ta’plaġjariżmu b’xejn b’interface faċli li jagħtik ċans iżżid dokument jew ħafna dokumenti biex tiskannjahom, u dan dak il-ħin stess mill-kompjuter tiegħek. Ħafna xorta ta’ dokumenti jistgħu jitniżżlu, fosthom il-parti l-kbira ta’ fajls l-aktar popolari tas-softwer tal-uffiċċju, powerpoints, u dokumenti pdf.

Darba li tkun żidt id-dokument tiegħek, wara ftit minuti meta l-iskannjar ikun lest kollu,int tkun tista’ tara kull kontenut li jaqbel miegħu u tqabblu max-xogħol tiegħek biswitu*. Int tista’ tara eżattament is-sors tal-kontenut li jaqbel ma’ tiegħek, ħaġa li ma jistgħux jagħmlu skaners oħra, u hekk tista’ faċilment tikkoreġi xi referenzi neqsin. Ir-riżultati jinġabru f’rapport li tista’ ssalva u jekk trid taqsam ma’ ħaddieħor.

Int tista’ tiskannja d-dokument tiegħek kemm-il darba trid, kbir kemm ikun kbir, u hekk tista’ ddaħħal reviżjonijiet u tiċċekkja xogħlok għal darba darbtejn. Tista’ wkoll tiskannja spiss kemm trid – l-użu m’għandu ebda limitu.

*Jekk l-esej tiegħek jaqbel mal-esej ta’ student ieħor, aħna ma nurux l-esej  tal-istudent l-ieħor għal raġunijiet ta’ konfidenzjalità – minflok, aħna nuru l-perċentwali li jaqblu.

Niżżel plagiarismchecker.net issa >

 

(?) Għaliex plagiarismchecker.net hu aħjar minn skaners oħrajn? 

  • Hu b’xejn!
  • Tassew jaħdem – ippruvah!
  • L-aġġornamenti  kollha huma b’xejn
  • Tista’ tiskannja kemm-il dokument trid, hu x’inhu d-daqs

Tista’ tiskannja ħafna xorta ta’ dokumenti       you can many different types of documents

  • Tista’ tiskannja u terġa’ tiskannja l-istess dokument kemm-il darba trid
  • Jiċċekkjalek biljuni ta’ paġni mill-websajt, dokumenti u pubblikazzjonijiet, fosthom 2 miljun+ dokument li ebda skanner ma għandu aċċess għalihom
  • Juża teknoloġija .net li hi superjuri fl-eżattezza għal dik użata minn skanners purament online
  • Barra milli tara li x-xogħol tiegħek għandu materjal li jaqbel mas-sors, int tista’ tara s-sors u l-kontenut f’kuntest, mhux bħal skanners oħrajn
  • Aħna ma neħdux l-esej tiegħek u nbigħuh bħal kumpaniji oħrajn li joffru dawk li jissejħu ssanners ‘b’xejn’
  • Aħna ma naħlulekx ħinek b’gimiks ekstra bħal iċċekkjar ta’ speling u grammatika li int diġà tista’ tagħmel fuq is-softwer tiegħek li jipproċessa l-kliem
  • It was created by a trusted, registered company based in the UK (read more about us below)

Niżżel plagiarismchecker.net issa >

 

 (?) Liema lingwi jieħu plagiarismchecker.net?

plagiarismchecker.net hu effettiiv biex jiskannja kull dokument miktub fi kwalunkwe lingwa li tuża l-alfabett Latin. Aħna ma nistgħux niggarantixxu l-effettività ta’ plagiarismchecker.net meta jintuża ma’ dokumenti li jużaw sistemi ta’ kitba oħrajn.

 (?) L-iskaner tal-plaġjariżmu hu sigur?

Iċ-ċekkjatur tal-plaġjariżmu plagiarismchecker.net jaqdik malajr, hu sigur u jagħtik sigurtà.  Wara li tiskannja x-xogħol tiegħek aħna naħżnuh fiż-żgur fid-database tagħna biex inkunu nistgħu nqabblu skanns futuri miegħu. Jekk klijent ieħor jiskannja dokument li jaqbel ma’ dokument tiegħek, hu ma jarax ix-xogħol tiegħek – jara biss il-perċentwali li taqbel max-xogħol tiegħek. Int tista’ taqra aktar fuq kif aħna naħżnu u nipproċessaw ix-xogħol tiegħek fuq il-websajt ewlenija tagħna.

Niżżel plagiarismchecker.net issa >

 

 (?) Min ħoloq lil plagiarismchecker.net?

Iċ-ċekkjatur tal-plaġjariżmu plagiarismchecker.net kien żviluppat minn kumpanija ta’ servizzi edukattivi fir-Renju Unit, plagiarismchecker.net Limited, għall-ewwel biex jintuża mill-impjegati tagħha. plagiarismchecker.net hija kumpanija reġistrata u stabbilita fir-Renju Unit (Numru ta’ Reġistrazzjoni , Reġistrazzjoni VAT Numru ), liċenzjata taħt il-Consumer Credit Act (Liċenzja Numru ) u Registered Data Controller (Numru ).

Meta plagiarismchecker.net iddeċidiet li tiftaħ is-softwer għall-istudenti tagħha u riċerkaturi kienet mgħarrqa bit-tweġiba li rċeviet u plagiarismchecker.net kellu jinħadem mill-ġdid biex jaqdi d-domanda eċċessiva għalih. Issa plagiarismchecker.net hu waħda mill-għażliet fl-ogħla post fid-dinja għall-kxif tal-plaġjariżmu, u għandu preżenza enormi fl-Istati Uniti, ir-Renju Unit,  il-Malasja, l-Indja, il-Pakistan, il-Kanada, l-Olanda, l-Irlanda, ir-Repubblika Dominikana, Singapore, il-Brazil, Sri Lanka, l-Emirati Għarab Magħquda, Hong Kong, Spanja, l-Indonesja, l-Awstralja, il-Ġermanja, Franza u s-Sawdi Għarabja.

It-tim ta’ plagiarismchecker.net jipprovdi wkoll servizzi professjonali ta’  mmarkar, editjar u qari tal-provi minn letturi kwalifikati b’esperjenza fl-għajnuna lil studenti biex jiksbu riżultati ogħla kemm meta jiggradwaw u kemm fi studji wara li jiggradwaw

Niżżel plagiarismchecker.net now >Kun af aktar dwar qari tal-provi,immarkar u editjar >

(?) Int taħdem ma’ Universitajiet?

Iva, aħna noffru liċenzji għal użu mħallsin – dawn spiss jintużaw minn għalliema u istituzzjonijiet edukattivi li jfittxu alternattivi aktar realistiċi u li jiswew anqas minn dawk tar-rivali fis-suq tagħna turnitin. It-termini ta’ dawn il-liċenzji jistgħu jkunu addattati skont il-ħtiġijiet individwali ta’ min jużahom u għalhekk huma spiss aktar attraenti mit-termini onerużi li jitolbu kumpaniji oħrajn.

Aħna nistgħu ninkorporaw il-libreriji ta’dokumenti ta’ għalliema u Universitajiet (ngħidu aħna, esejs imgħoddija) billi niskannjawhom, u dawn jinżamm f’sigurtà għall-użu u tqabbil biss ta’ min jużahom.

Ikkuntattjana >